Programm - Dicembru 2008
Hsieb ghal matul dan ix-xahar - OFFRU GISIMKOM (Rum 12:1)
1 ta’ Dicembru
Solennita’ ta’ Sant’ Andrija Appostlu, u ftuh tat-375 sena anniversarju
Translazzjoni solenni tar-Relikwa u Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-Ecc. Rev.dma Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Ghawdex. Fil-Purcissjoni tat-Translazzjoni jiehdu sehem fiha diversi persuni li jgorru xi simbolu relatat mal-Parrocca u wara li tibda l-quddiesa, dawn is-simboli jitpoggew fuq l-altari kollha tal-knisja u nintroducu t-tema ta’ din is-sena pastorali.
7 ta’ Dicembru
Raprezentazzjoni tal-Milied mill-grupp SKENE
12 ta’ Dicembru
Adveniat Regnum Tuum
Kuncert fuq l-orgni, fl-okkazjoni tal-225 sena mill-ewwel konsagrazzjoni tal-knisja parrokkjali
15 – 23 ta’ Dicembru
Novena tal-Milied, u Kampanja ghal Ghotjiet ta’ Karita’
16 – 21 ta’ Dicembru
Zjajjar fil-familji u celebrazzjoni tal-Maghmudija
16 ta’ Dicembru
Celebrzzjoni Penitenzjali fl-iskola primarja
19 ta’ Dicembru
Celebrazzjoni tal-Milied fl-iskola primarja
24 ta’ Dicembru
Lejlet il-Milied
Purcissjoni bil-Bambin organizzata mil-MUSEUM, Velja u quddiesa solenni fil-knisja parrokkjali bis-sehem tal-Chorus Excelsior
Attivitajiet ohra matul dan ix-xahar –
Zjajjar u Tifkira lill-Morda kollha fi djarhom
Stedina ghal aktar Attendenza ghall-Quddies fl-Avvent
Stedina biex inheggu aktar l-Adorazzjoni quddiem Gesu’ Ewkaristija sew fil-Knisja kif ukoll fil-Kappella tal-Ftajjar
Kampanja favur ix-xbieha ta’ Gesu’ Bambin fil-familji taghna
Wirjiet tal-Presepji minn diversi ghaqdiet u individwi

Nhar il-Gimgha 12 ta' Dicembru gie organizzat kuncert ta' muzika sagra gewwa l-Knisja Parrokkjali fl-okkazjoni tat-225 sena mill-konsagrazzjoni ta' l-ewwel knisja parrokkjali. L-organisti li hadu sehem kienu John A. Fsadni, Jonathan Abela Fiorentino u Joseph Camilleri. L-attendenza ghal dan il-kuncert kienet wahda tajba. Il-kuncert, kif xieraq, kien taht il-patrocinju tal-W.R. Mons Innocenz Borg, li habat ukoll ftit jiem biss 'l boghod minn gheluq sninu. Ghal dan il-kuncert, is-Sur Gorg Peresso kitbilna poezija mill-isbah, u din inqrat waqt is-serata mill-prezentatrici is-sinjorina Graziella Spiteri.
Aghfas Hawn sabiex taqra l-poezija
L-E.T. Mons Isqof Mario Grech jasal gewwa l-Knisja Parrokkjali, sabiex imexxi t-Translazzjoni Solenni u l-quddiesa pontifikali fil-ftuh tal-festi tat-375 sena parrocca.
Transulazzjoni Solenni immexxija mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech minn fuq l-artal tal-Madonna tac-Cintura ghall-artal maggur. Hadu sehem ukoll diversi raprezentanti ta' ghadqiet, li tellghu oggetti marbuta mal-hajja tal-parrocca.
L-oggetti kollha tpoggew fuq l-artali kollha tal-knisja, skond it-tema maghzula ghal kull artal, liema tema ser tkun qed tigwidana matul ix-xhur tas-sena anniversarja.
Waqt l-omelija, l-E.T. Mons Isqof Mario Grech heggeg sabiex dan l-anniversarju tal-parrocca iservi ta' gid spiritwali ghall-komunita' parrokkjali kollha, biex bhal Sant' Andrija nilqghu is-sejha ta' Sidna Gesu' Kristu u nimxu warajh.
Lejn l-ahhar tal-quddiesa, il-W.R.. Kappillan Dun Karm Camilleri ipprezenta rigal ta' tifkira lill-Ecc. Tieghu, filwaqt li Mons Mario Grech ghamel messagg iehor lill-migghema prezenti.
Ritratti ta' tifkira fl-okkazjoni tal-ftuh tat-375 sena anniversarju
Il-logo tat-375 sena parrocca armat fuq il-presbiterju tal-knisja, u r-rigal li inghata lill-E. T. Mons Isqof Mario Grech fil-ftuh ta' dawn il-festi.
