Tifsira tal-logo
L-ewwel naraw diversi individwi, li maghqudin flimkien jiffurmaw socjeta’, li tirrifletti kull sfera socjali u kulturali. Biss din is-socjeta’ ghandha bhala bazi lill-knisja parrokkjali, li tirrifletti certu hajja ghax mal-medda taz-zmien giet alterata diversi drabi, izda li dejjem baqghet pedament sabiex il-Halluqin jinghaqdu aktar flimkien bhala gebel haj, komunita’ li temmen. Fil-genb, fuq id-djar, jidher ukoll iz-zbul tal-qamh, li juri hidma, ghixien u twemmin, aktar u aktar meta nafu li fil-qalba tal-knisja parrokkjali, dan il-qamh offrut, bhala hobz, jinbidel fl-Ewkaristija, fi Kristu nnifsu, li permezz tieghu niksbu l-hajja ta’ dejjem. Element iehor, sottili, imma daqstant prezenti, u li jinsab bhala sfond ghal dan ix-xenarju kollu, huwa s-Salib ta’ Sant’ Andrija: l-imhabba ghal qaddis patrun taghna li offra hajtu ghal Kristu trid tissarraf fil-fatt li hajjitna wkoll trid tkun offerta shiha lil Sid il-hajja.
Tifsira tal-motto
Dan il-vers imur tajjeb hafna mar-realta’ tal-parrocca ghax ahna l-insara li nghixu f’Hal Luqa, bhall-Patrun taghna, Sant' Andrija, Appostlu u Martri, irridu naghrfu li l-iskop ta’ hajjitna flimkien huwa li nkunu komunita’ li qed tipprova tghix is-sejha ghall-qdusija; is-sejha li nhallu lil Kristu jghix fina.
Dan il-logo sar minn Richard Caruana u Jeffery Scicluna