
Vizta Pastorali mill-E.T. Mons Arcisqof Pawl Cremona O.P.
25 - 29 ta' Mejju
L-ghajxien tal-identita’ tal-komunita’ kristjana Il-Vizta Pastorali fil-parrocci differenti tal-gzira taghna = permezz taghha l-poplu taghna jista’ jduq dak li hu ta’ Kristu, dak li jippretendi minna l-Mulej. Naraw l-identita’ tal-komunita’ kristjana u kif qed tinghex fil-parrocci: i) biex infahhru lil Alla ghall-gid kollu li jsir u ii) biex naraw il-Mulej xi jkun qed iqanqalna biex innaqqsu jew inzidu, biex naghmlu ahjar fil-komunitajiet differenti. Il-Misteru ta’ Gesu’ Ir-raguni principali ta’ kull komunita’ nisranija huwa l-misteru ta’ Gesu’, l-Iben ta’ Alla li sar bniedem. Jigifieri, jekk narawh qed jitwieled, jekk narawh imut fuq is-salib, jekk narawh qed iqum, dawk ghandhom sahha universali ghal kull zmien u ghal kull post. Ahna lkoll l-medjaturi ta’ dak li gara elfejn sena ilu, imma din id-darba ahna rridu napplikawh fiz-zmien u l-post li ahna qed nghixu fihom, inkella ma jkunx uman u jkun biss divin. Isir uman ghaliex permezz taghna dan kollu jghaddi biex in-nies li ahna qeghdin naqdu f’dan il-post u f’dan iz-zmien. Sidna Gesu’ Kristu lilna jippreferina, u jippreferina minhabba l-ohrajn li jridu jircievu minghandna – biex insejhilha hekk – l-inkarnazzjoni gdida ta’ dak kollu li ghamel il-Mulej Gesu. ghaliex tidher fina u titqassam permezz taghna. In-nisrani – operaturi pastorali, isqof, sacerdot, hu min hu – qatt ma jista’ jasal biex jivvinta minn mohhu dak li ghandu jaghmel, imma jrid jara x’ghamel il-Mulej Gesu’, jaghmel paragun u jipprova jghixu. Il-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi”: Kristu ippermetta li fl-umanita’ tieghu jkun immexxi mill-Ispirtu s-Santu. Dak li qeghdin nghidu: fl-umanita., mhux fid-divinita.. Allura l-ewwel riflessjoni li rridu naghmlu hija din: U l-Ispirtu s-Santu fina? U l-Ispirtu s-Santu li jrid ikun fuqi u li jien irrid niftahlu berah dak kollu li jiena jien biex nigi mmarkat mill-Ispirtu? U l-qawwa ta’ l-Ispirtu li kellu Gesu’ u li l-Mulej irid jaghtihielna llum ghax ahna l-Gisem Mistiku tieghu? Ahna rridu kontinwament nitolbu ghaliha. Ejjew, bi preparazzjoni ghal din il-Vizta Pastorali, nitolbu lill-Ispirtu s-Santu jinzel fuqna b’qawwa bhalma qed jinzel f’diversi postijiet fid-dinja fejn ghandhom il-biza’ tal-mewt li jghixu l-hajja taghhom nisranija, imma ma jibzghux u jghixuha. “ghax hu ikkonsagrani”: Meta rcevejna l-maghmudija gejna kkonsagrati lil Alla l-Imbierek; ahna tieghu. Minn hemm trid tibda r-riflessjoni proprja taghna. Imbaghad tghix il-hajja tieghek ta’ mizzewweg, sacerdotali, ta’ qdusija. Katekezi, Liturgija, Djakonija Il-Mulej Gesu’ qed isemmi t-tliet elementi tal-missjoni kbira li ghandha kull komunita’, li huma l-katekezi, il-liturgija u d-djakonija. Se nsemmihom wara xulxin. - ‘Hu kien jghallem fost it-tifhir ta’ kulhadd’ u ‘kienu mistaghgbin ghall-kliem mimli hlewwa li kien hiereg minn fommu’: il-missjoni taghna ta’ katekezi, ta’ l-evangelizzazzjoni tat-twassil tal-Kelma. Ahna gejna maghzulin ma’ Kristu biex inwasslu l-Kelma kullimkien. Xtaqt naghmel emfasi fuq il-kelma ‘hlewwa’. Il-kelma ta’ Gesu’ kienet qawwija, imma dejjem kienet helwa ghaliex kienet hierga mill-qalb mimlija mhabba ghal dawk li kien jippriedkalhom. Ahna ma nistghux inkunu differenti. - Dwar il-liturgija, jiena hadtha hekk: ‘Inniedi s-sena tal-grazzja tal-Mulej.’ Is-sena li hija mimlija bil-grazzja tal-Mulej! Il-liturgija mhux biex tfakkarna li kuljum ghandna l-prezenza tal-Mulej Gesu’ li miexi maghna u li l-grazzja tieghu taghti toghma ghal dak kollu uman li ahna rridu naghmlu bilfors? - Dwar id-djakonija: Irridu naghtu l-Bxara t-Tajba lil dawk li huma fqar; il-helsien; id-dawl mill-gdid lill-ghomja. Dawk kollha li ghandhom xi prezenza tal-Mulej, farag – jista’ jkun fejqan – u li hu nieqes, hemm hu l-post taghna bhala komunita’. Hemm hu l-post fejn il-Mulej iridna jekk se nkomplu dak li ghamel il-Mulej Gesu’. Irridu nfittxu. Kredibilita’ ‘Din il-kelma sehhet illum intom u tisimghu’: Meta nsemmu l-Kelma ahna nistghu nghidu, ‘ara, hares lejja, hares lejn il-komunita. tieghi biex tara kif dan kollu qed isir; araw li ahna mhux nippriedkaw biss, imma veru (il-Kelma) sehhet illum intom u qeghdin tisimghuna u tarawna, biex taraw li l-Kelma ghamlet differenza gewwa fina’? Minn fomm San Pawl Naghlaq billi nissellef il-kliem li San Pawl kiteb lill-Filippin meta kien fil-habs: “Nizzi hajr lil Alla tieghi kull meta niftakar fikom, u nitlob dejjem ferhan fit-talb tieghi ghalikom, minhabba s-sehem li intom hadtu fix-xandir tal-Evengelju, mill-ewwel jiem sa llum. Jiena zgur minn dan: li dak li beda din l-opra tajba fikom, iwassalha ghat-tmiem taghha sa ma jasal il-jum ta’ Kristu Gesu’.” L-E.T. Mons Pawl Cremona O.P. Quddiesa tal-bidu tal-Vizta Pastorali fil-Parrocci Katidral tal-Imdina 08 ta’ Jannar 2009

Il-Gimgha 22/05/09
11:00am
Laqgha mal-Kappillan dwar il-Vizta Pastorali
It-Tnejn 25/05/09
05:00pm
Laqgha mas-Sorijiet Frangiskani
Sorijiet Frangiskani
06:15pm
Quddiesa tal-Ftuh tal-Vizta
Knisja Parrokkjali
Laqgha Kunsill Pastorali (
It-Tlieta 26/05/09
09:00am
Zjara lill-Iskola Primarja: G. Schinas
Zjara Centru Duttrina Bniet
Laqgha ma’ Persuni li jixtiequ jkellmu lill-Arcisqof individwalment fuq il-Parrocca (B’Appuntament)
Laqgha mas-Socjetajiet Civili – Kunsill Lokali,
L-Erbgha 27/05/09
09.00 am
Zjara lill-morda
10.30 am
Laqgha privata mas-Sacerdoti
Centru - Sala
06:30pm
Laqgha Kummissjoni Liturgija
Laqgha Kummissjoni Familja u Koppji
Il-Hamis 28/05/09
05:30pm
Zjara MUSEUM Subien
07.00 pm
Laqgha Kummissjoni Kateketika u Katekisti
Museum
08.00pm
Kummissjoni Adolexxenti-Zghazagh
Laqgha maz-zghazagh
Il-Gimgha 29/05/09
Quddiesa u xi hin mar-Residenti
07:30pm
Assemblea
L-Erbgha 17/06/09
11:00am
Laqgha – Final tar-Rapport tal-Vizta
Kurja ta’ l-Arcisqof
Fl-okkazjoni tal-ftuh tal-Vizta Pastorali gewwa Hal Luqa, Mons Arcisqof Pawl Cremona O.P. mexxa quddiesa pontifikali gewwa l-knisja parrokkjali ta' Sant' Andrija. Flimkien ma' l-Arcisqof ikkoncelebraw ukoll l-E.T. Mons Arcisqof Joseph Spiteri, il-Kappillan Dun Karm Camilleri, il-W. Rev. Mons Innocenz Borg, il-vici parroku Dun David Farrugia u d-Direttur tad-Dar tal-Providenza Mons Martin Micallef.
Il-funzjoni kienet animata mill-Chorus Excelsior taht it-tmexxija ta' Mro Norbert Camilleri.
Wara l-quddiesa pontifikali, Mons Arcisqof Pawl Cremona ppresieda laqgha mal-Kunsill Pastorali, il-Kunsill Ekonomiku u l-Kunsill Implimentazzjoni Sinodu gewwa c-Centru Parrokkjali.
It-Tnejn 25 ta' Mejju wkoll saret laqgha gewwa d-Dar tas-Sorjiet Frangiskani fejn ghaliha attenda l-E.T. Mons Arcisqof Pawl Cremona O.P. Matul il-laqgha gew diskussi diversi temi marbuta maz-zjara pastorali, kif ukoll dwar il-hidma tas-Sorijiet gewwa l-parrocca taghna.
Hajr lill-W. Rev. Kapp. Dun Karm Camilleri
Nhar it-Tlieta 26 ta' Mejju inzammet laqgha gewwa c-Centru Parrokkjali fejn ghaliha kienu mistiedna l-memrbi kollha ta' l-ghaqdiet socjali u kulturali. Rapprezentanti taz-zewg kazini tal-banda attendew ukoll ghal din il-laqgha ma' l-Arcisqof.
Hajr lil J. Aquilina
Nhar it-Tlieta 26 ta' Mejju, l-E.T. Mons Arcisqof Pawl Cremona O.P. ghamel zjara fl-iskola primarja tar-rahal fejn iltaqa' ma' l-istudenti kollha u l-ghalliema taghhom. Prezenti wkoll kien hemm jassistuh membri tal-kleru kif ukoll l-E.T. Mons Arcisqof Joseph Spiteri.
Hajr lill-istaff tal-iskola primarja
Nhar il-Hamis 28 ta' Mejju, l-E.T. Mons Arcisqof Pawl Cremona O.P. ghamel zjara gewwa l-MUSEUM ta' Hal Luqa fejn iltaqa' mal-katekisti kollha u t-tfal. Jakkumopanjawh kien hemm ukoll Mons Arcisqof Joseph Spiteri kif ukoll il-Kappillan Dun Karm Camilleri. Wara, Mons Arcisqof ippresieda laqgha mal-katekisti kollha tal-parrocca.
Laqgha ohra saret mal-grupp taz-Zghazagh tal-parrocca (LYC), fejn ghaliha attendew numru sabih ta' zghazagh u adoloxxenti sabiex flimkien ma' Mons Arcisqof jiddiskutu temi diversi dwar il-hajja tl-parrocca.
Hajr lil J. Grima
Nhar il-Gimgha 29 ta' Mejju, L-E.T. Mons Arcisqof Pawl Cremona O.P. ghamel zjara fiz-Zona ta' Hal Farrug. Huwa ltaqa' mal-familji kollha li attendew ghall-quddiesa gewwa l-kappella taz-Zona.
Hajr lil J. Grima

Waqt din iz-zjara gewwa Hal Farrug, Mons Arcisqof Cremona gie rregalat kartolina maghmula mit-tfal u stola mahduma
Fl-gheluq tal-Vizta Pastorali, l-E.T. Mons Arcisqof Pawl Cremona O.P. ippresieda assemblea generali gewwa c-Centru Parrokkjali. Mistiedna kienu l-kunsill pastorali parrokkjali u l-ghaqdie tkollha religjuzi.
Hajr lill-W.Rev. Kappillan Dun Karm Camilleri