Nhar il-Hadd 24 ta' Mejju 2009, inkitbet pagna sabiha fl-istorja tal-parrocca taghna fejn ghall-ewwel darba fl-istorja, sacerdot mill-parrocca gie maghzul mill-Q.T. il-Papa Benedittu XVI sabiex iservi bhala Nunzju Apostoliku gewwa Sri Lanka. Mons Joseph Spiteri gie ordnat sacerdot fl-1984, u fil-fatt din is-sena wkoll qed jiccelebra l-25 sena mill-ordinazzjoni sacerdotali tieghu.
L-ordinazzjoni episkopali ta' l-E.T. Mons Joseph Spiteri saret gewwa l-Kon-Katidral ta' Gwann u tmexxiet mill-Emm. Tieghu r-Rev. Kardinal Tarcsio Bertone S.D.B.
Ghal din il-funzjoni solenni attendew numru kbir ta' isqfijiet, fosthom l-Arcisqof ta' Srilanka. Jikkoncelebraw il-quddiesa kien hemm ukoll l-E.T. Mons Arcisqof Pawl Cremona O.P., l-Arcisqof Emeritus Guzeppi Mercieca, in-Nunzju Apostoliku ghal Malta, L-E.T. Mons Isqof Mario Grech, L-E.T. Mons Isqof Annetto Depasquale, kif ukoll numru kbir ta' sacerdoti fosthom il-kleru tal-parrocca taghna. Mistiedna kien hemm il-familjari ta' Mons Joseph Spiteri, membri parlamentari, Presidenti tar-Repubblika u mistednin distinti ohra.
Il-Bolla tal-Q.T. il-Papa Benedittu XVI
Nhar il-Hadd 31 ta' Mejju, l-E.T. Mons Arcisqof Joseph Spiteri kkoncelebra quddiesa pontifikali gewwa l-Knisja Parrokkjali ta' Sant' Andrija Appostlu bhala Radd il-Hajr lil Alla ta' l-Ordinazzjoni Episkopali kif ukoll gheluq il-25 sena mis-sacerdozju tieghu. Qabel il-Quddiesa, il-Band aL'Unione akkumpanjatu mid-dar t'ohtu sal-Knisja Parrokkjali, filwaqt li wara l-funzjoni, il-Band aSant' Andrija wasslitu sac-Centru Parrokkjali.
Il-quddiesa kienet animata mill-Chorus Excelsior u l-orkestra taht it-mexxija ta' Mro Norbert Camilleri.
Hajr lil J. Grima u A. Zarb
Mons Arcisqof Joseph Spiteri inghata merhba kbira mal-wasla tieghu gewwa l-Arcidjocesi ta' Colombo fejn ser iwettaq il-hidma l-gdida afdata lilu mill-Q.T. il-Papa Bnedittu XVI.
Aghfas Hawn sabiex tara aktar dettalji u ritratti

Nhar l-Erbgha 20 ta' Mejju saret ic-cerimonja tat-tberik ta' l-abiti episkopali ta' l-Arcisqof-Elett Halluqi Mons Joseph Spitei gewwa s-Seminarju (r-Rabat) minn Nunzju Apostoliku ta' Malta l-E.T. Mons. Tommaso Caputo. Ghal din l-okkazjoni attendew il-membri familjari kif ukoll membri tal-Kleru tal-parrocca.
Hajr lil Emmanuel Schembri ghar-ritratti
Il-Hamis 21 ta' Mejju giet organizzata Velja ta' Talb mill-membri tal-MUSEUM gewwa l-Knisja Parrokkjali ta' Sant' Andrija Appostlu. Matulha sar ukoll diskors dwar ir-rit ta' l-ordinazzjoni episkopali.
Il-Q.T. Benedittu XVI hatar lill-Mons Joseph Spiteri bhala Arcisqof Titulari ta’ Serta u Nunzju Appostoliku fi
Mons Joseph Spiteri twieled f’Hal Luqa nhar l-20 ta’ Mejju 1959 u gie mghammed ftit tal-jiem wara mill-kappillan ta’ dak iz-zmien Mons Innocenz Borg. Ghex u trabba f’dan ir-rahal, u