PARROCCA SANT' ANDRIJA

375 sena Parrocca 1634 - 2009

Open Day tal-kampnari f'gheluq it-80 sena tal-qniepen  -  Il-Hadd 30 ta' Novembru, 2008

 

 

 

Nhar il-Hadd 30 ta' Novembru 2008, il-jum proprju tal-festa liturgika ta' Sant' Andrija Appostlu, giet organizzata open day fil-kampnari tal-knisja parrokkjali, sabiex jitfakkar it-80 anniversarju mill-wasla tal-qniepen (1928).  Kienu hafna dawk in-nies li hadu din l-opportunita' u telghu sabiex jammiraw aktar mill-qrib din l-opra hekk sabiha.  Dawk kollha prezenti setghu ukoll jaraw ix-xoghol kbir ta' restawr li sar f'dawn l-ahhar xhur, kemm fuq il-koppla kif ukoll fuq il-bejt tal-knisja.  Id-donazzjonijiet kollha migbura marru ghall-dan il-ghan.  Ghal din l-okkazjoni, gie stampat fuljett li tqassam lil vizitaturi kollha, kif ukoll giet organizzata wirja dwar l-istorja tal-qniepen gewwa l-kmamar tal-kampnari.  Minbarra dan kollu, in-nies setghu jammiraw ukoll l-arlogg u l-apparat tat-tuzell, it-tnejn xoghol tal-maghruf M'Ang Sapiano.  Ma naqsitx ukoll veduta mill-isbah minn fuq il-bejt tal-knisja, f'temp xitwi bnazzi.

Din l-attivita' irnexxiet tassew, grazzi ghal dawk kollha li taw is-sehem taghhom volontarjament. 

Din l-attivita giet organizzata mill-Kummisjoni 375 sena parrocca 

Vestizzjoni ta' l-abbatini  -  Il-Hamis 27 ta' Novembru, 2008

 

Nhar l-ewwel tridu tal-festa liturgika f'gieh Sant' Andrija Appostlu, saret il-vestizzjoni ta' l-abbatini l-godda.  Dawn issa inghaqdu mal-grupp ta' l-abbatini li diga kien hemm qed iservu lill-parrocca fil-funzjonijiet liturgici matul is-sena kollha.