SILTA BIBBLIKA li rridu li takkumpanjana matul din is-sena u li rridu nsiru aktar midhla taghha ghax tfissrilna l-MOTTO maghzul “Nghix, imma mhux jien, izda jghix fija Kristu” (Gal 2, 20) huwa:-
Mill-ITTRA ta’ SAN PAWL APPOSTLU LIR-RUMANI:
Kapitlu 12: Il-HAJJA GDIDA FI KRISTU u l-LIGI TAL-HAJJA NISRANIJA
Rum:12:1 Nitlobkom huti, ghall-hniena ta' Alla, offru gisimkom b'sagrificcju haj, qaddis, joghgob lil Alla, jigifieri l-qima spiritwali taghkom.
Rum:12:2 Timxux max-xejra ta' din id-dinja, izda nbidlu skond it-tigdid ta' fehmietkom, biex isehhilkom taghrfu x'inhi r-rieda ta' Alla, x'inhu t-tajjeb li joghgbu, x'inhu perfett.
Rum:12:3 Jiena nghidilkom ilkoll bis-sahha tal-grazzja li tani Alla: tippretendux li intom xi haga aktar milli intom kif ghandu jkun! Izda kull wiehed minnkom izomm ruhu ta' li hu skond il-qjies tal-fidi li tah Alla.
Rum:12:4 Bhalma ahna ghandna hafna membri f'gisem wiehed, izda mhux il-membri kollha ghandhom l-istess xoghol,
Rum:12:5 hekk ahna gisem wiehed fi Kristu u kull wiehed minna membru ta' l-iehor.
Rum:12:6 Ahna ghandna doni differenti skond il-grazzja li Alla tana; jekk ghandna d-don tal-profezija, ha nhaddmuh skond il-qjies tal-fidi;
Rum:12:7 jekk ghandna d-don tal-ministeru, ha nservu; min ghandu d-don tat-taghlim, ha jgallem;
Rum:12:8 min id-don tat-theggig, ha jheggeg; min id-don tat-tqassim, ha jqassam b'idejh miftuha; min ghandu l-awtorita’ fuq l-ohrajn, ha jmexxi bil-herqa; min id-don ta' l-opri tal-hniena, ha jaghmel dan bil-ferh.
Rum:12:9 Qisu li l-imhabba taghkom ma tkunx wicc b'iehor; tahmlux il-hazen; zommu mat-tajjeb.
Rum:12:10 Hobbu lil xulxin bhal ahwa; fittxu li tistmaw lil xulxin.
Rum:12:11 Thallux il-hrara taghkom tibred, theggu fl-ispirtu, aqdu lill-Mulej.
Rum:12:12 Ifirhu bit-tama, stabru fl-hemm, itolbu bla waqfien.
Rum:12:13 Aqsmu gidkom mal-qaddisin li jinsabu fil-bzonn; ilqghu f'darkom lill-barranin.
Rum:12:14 Bierku lil dawk li jippersegwitawkom; bierku, u la tishtu lil hadd.
Rum:12:15 Ifirhu ma' min jifrah, ibku ma' min jibki.
Rum:12:16 Ahsbu f'xulxin l-istess, tahsbux fi hwejjeg kbar, imma fittxu l-umli. Taghmluhiex ta' ghorrief.
Rum:12:17 Troddu lil hadd deni b'deni. Ha jkun hsiebkom filli taghmlu t-tajjeb quddiem il-bnedmin kollha.
Rum:12:18 Jekk jista' jkun, sakemm ikun gej minnkom, ghixu fil-paci ma' kulhadd.
Rum:12:19 Tivvendikawx ru]kom b'idejkom, gheziez tieghi, imma hallu l-korla ta' Alla taghmel hi, ghax hemm miktub: "Ghalija l vendetta, jiena nhallas, jghid il-Mulej."
Rum:12:20 Jekk l-ghadu tieghek bil-guh, itimghu; jekk hu bil-ghatx, isqih. Jekk taghmel hekk tkun qieghed tigma' gamar jaqbad fuq rasu.
Rum:12:21 Thallix il-hazen jirbhek, izda irbah il-hazen bit-tajjeb.